25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/23
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Giovanni Cosmetics vs UASI — Vasconcelos & Gonçalves (GIOVANNI GALLI)
(Kawża T-559/13)
2014/C 24/41
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giovanni Cosmetics, Inc. (Rancho Dominguez, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. van den Berg u M. Meddens-Bakker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasconcelos & Gonçalves, SA (Lisbona, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1189/2012-2,
—
tordna li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 232 471 tiġi miċħuda;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GIOVANNI GALLI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14 u 18 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 232 471
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GIOVANNI” irreġistrata bin-numru Nru 2 404 283 għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy