1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/11
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Hostel Tourist World vs UASI — WRI Nominees (HostelTouristW)
(Kawża T-566/13)
2014/C 31/19
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hostel Tourist World, SL (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: J. M. Bartrina Díaz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WRI Nominees Ltd (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni mogħtija mill-UASI sa fejn din laqgħet ir-rikors jew appell ippreżentat minn WRI Nominees Ltd, dwar it-talba għal annullament jew dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 7 241 862 HOSTELTOURISTWORLD għall-klassijiet 39 u 43 tan-nomenklatura internazzjonali;
—
tiċħad, skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 207/2009, l-appell ippreżentat mill-kumpannija WRI Nominees Ltd fir-rigward tal-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 7 241 862“HOSTELTOURISTWORLD.COM” għall-klassijiet 35, 39 u 43 tan-nomenklatura internazzjonali, jew, fin-nuqqas ta’ dan, tordna lill-UASI li jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza li tilqa’ t-talbiet ikkonċernati f’din il-kawża;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarju rreġistrata li kienet is-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “HostelTouristW” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 241 862
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: WRI Nominees Ltd
Motivi invokati insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament u tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(c) tal-istess regolament
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ WRI Nominees Ltd milqugħ parzjalment u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment.
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament.
Full & Egal Universal Law Academy