25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/24
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Sharp vs UASI (BIG PAD)
(Kawża T-567/13)
2014/C 24/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sharp KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal, P. López Ronda u E. Armero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 2131/2012-2;
—
tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIG PAD” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 887 231
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy