25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/24
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (KIMBO)
(Kawża T-568/13)
2014/C 24/43
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Awwissu 2013 mogħtija fil-Każijiet R 636/2012-4 u R 608/2012-4;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KIMBO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 21, 30, 32 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 420 973
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Spanjoli Nru 291 655, Nru 451 559 u Nru 2 244 563
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy