25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/25
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2013 — Bimbo vs UASI — Cafe’ do Brasil (Caffè KIMBO Espresso Napoletano)
(Kawża T-569/13)
2014/C 24/44
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cafe’ do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1561/2012-4;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħmar, deheb, abjad u iswed li tinkludi l-elementi verbali “Caffè KIMBO Espresso Napoletano” għal sensiela ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 30, 32 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 037 933
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Spanjola Nru 291 655 tal-kelma “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30 u trade mark preċedenti magħrufa sew fi Spanja “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy