25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/26
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2013 — Zehnder vs UASI — UAB “Amalva” (komfovent)
(Kawża T-577/13)
2014/C 24/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zehnder Verkaufs- und Verwaltungs-AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: UAB “Amalva” (Vilnius, il-Litwanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Awwissu 2013 mogħtija fil-Każ R 255/2012-4;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva ta’ kulur iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “komfovent” għal prodotti fil-Klass 11 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 635 272
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-trade mark ikkontestata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy