25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/26
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 — Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI — Lifestyle Equities (Royal County of Berkshire POLO CLUB)
(Kawża T-581/13)
2014/C 24/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Royal Country of Berkshire Polo Club (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Maitland-Walker, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Lulju 2013 mogħtija fil-Każ R 1374/2012-2;
—
tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Royal County of Berkshire POLO CLUB” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 642 621
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjonijiet bħala trade mark Komunitarja Nri 8 456 469, 5 482 484, 532 895 u 364 257
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy