25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/27
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — H.P. Gauff Ingenieure vs UASI — Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)
(Kawża T-586/13)
2014/C 24/49
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG — JBG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013-1);
—
tibgħat lura l-kawża quddiem l-UASI bir-rakkomandazzjoni li jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 19, 36, 37, 39, 40, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 028 082
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gauff GmbH & Co. Engineering KG
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u Komunitarja “Gauff”, kif ukoll it-trade mark figurattiva Ġermaniża u Komunitarja “GAUFF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 39, 40, 41, 42 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: talba għall-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti miċħuda u appell miċħud bħala inammissibbli
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy