25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/29
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 — Ratioparts-Ersatzteile vs UASI Norwood Industries (NORTHWOOD professional forest equipment)
(Kawża T-592/13)
2014/C 24/52
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ratioparts-Ersatzteile-Vertriebs GmbH (Euskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norwood Industries (Kilworthy, il-Kanada)
Talbiet tar-rikorrenti
—
temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tat-28 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 356/2013-2), b’mod li l-Oppożizzjoni B17963622 tiġi miċħuda fl-intier tagħha; u
—
tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tikkundanna lill-konvenuta fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċedimenti
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “NORTHWOOD professional forest equipment” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 20, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 412 776
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norwood Industries
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “NORWOOD” għal prodotti fil-klassi 7
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy