1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/12
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 — Siemag Tecberg Groupvs vs UASI (Winder Controls)
(Kawża T-593/13)
2014/C 31/22
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Siemag Tecberg Group GmbH (Haiger, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni fil-Każ R 1261/2013-4 tal-5 ta’ Settembru 2013 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;
—
tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Winder Controls” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 35, 37, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 542 412
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy