8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/21
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2013 — BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI — LG Electronics (compressor technology)
(Kawża T-595/13)
2014/C 39/36
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1);
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “compressor technology” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 420 151
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: LG Electronics, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “KOMPRESSOR PLUS” u “KOMPRESSOR” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy