25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/30
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)
(Kawża T-598/13)
2014/C 24/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sanctuary Brands LLC (New Canaan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richter International Ltd (Scarborough, il-Kanada)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tas-7 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1115/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 325 549
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: l-applikanti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD”, it-trade mark verbali u l-isem kummerċjali mhux irreġistrat “TAILORBYRD” u l-isem tal-kumpannija “Tailorbyrd, LLC”, użat fil-kummerċ fir-Renju Unit għal “ilbies, qomos”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy