25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/32
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — Levi Strauss vs UASI — L&O Hunting Group (101)
(Kawża T-604/13)
2014/C 24/58
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1538/2012-2;
—
tikkundanna lill-konvenuta, u lill-intervenjenti fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “101” għal prodotti fil-klassijiet 13, 25 u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 446 634
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 26 708 tat-trade mark verbali “501” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy