8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/22
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Mustang vs UASI — Dubek (20 CLASS A FILTER CIGARETTES Mustang)
(Kawża T-606/13)
2014/C 39/39
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mustang — Bekleidungswerke GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dubek Ltd (Petach Tikva, l-Israel)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-proċedimenti tal-appell R 416/2012-4 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 065 098;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Dubek Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “20 CLASS A FILTER CIGARETTES Mustang” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 065 098
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali u figurattiva Ġermaniża “MUSTANG” għal prodotti fil-klassijiet 9, 14, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy