25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — easyGroup IP Licensing vs UASI — TUI (easyAir-tours)
(Kawża T-608/13)
2014/C 24/60
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: easyGroup IP Licensing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Day, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TUI AG (Hannover, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1029/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “easyAir-tours” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36, 39 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 220 849
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet internazzjonali li jirreferu għall-Unjoni Ewropea, reġistrazzjoni Komunitarja u reġistrazzjoni nazzjonali ta’ trade mark figurattiva li tinkludi inter alia l-element verbali “airtours”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy