25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 — BlackRock vs UASI (SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY)
(Kawża T-609/13)
2014/C 24/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BlackRock, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Blair, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 572/2013-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SO WHAT DO I DO WITH MY MONEY” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 144 748
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy