25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/33
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 — Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)
(Kawża T-610/13)
2014/C 24/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA (St. Paul, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddeċiedi li d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2) hija mibdula sa fejn l-indikazzjoni għall-UE tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 103 198 GREASECUTTER hija miċħuda.
—
tiddeċiedi li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GREASECUTTER” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1103198
Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy