8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/23
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 — alfavet Tierarzneimittel vs UASI — Millet Innovation (Epibac)
(Kawża T-613/13)
2014/C 39/40
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: alfavet Tierarzneimittel GmbH (Neumünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Bender, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Millet Innovation SA (Loriol sur Drome, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1253/2012-4, fis-sens li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Epibac” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 31 — applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 861 124
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Millet Innovation SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EPITACT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy