15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/37
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 — The Tea Board vs UASI — Delta Lingerie (Darjeeling)
(Kawża T-624/13)
2014/C 45/64
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Lingerie (Cachan, Franza)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-17 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1504/2012-2;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur aħdar bl-element verbali “Darjeeling” għall-klassijiet 25, 35 u 38 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 466 269
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja kollettiva Nru 4 325 718 tat-trade mark verbali “DARJEELING” għal prodotti fil-klassi 30; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja kollettiva Nru 8 674327 tat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “DARJEELING” għal prodotti fil-klassi 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy