15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/38
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 — The Tea Board vs UASI — Delta Lingerie (Darjeeling collection de lingerie)
(Kawża T-626/13)
2014/C 45/66
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delta Lingerie (Cachan, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fis-17 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1501/2012-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Darjeeling collection de lingerie” għall-klassijiet 25, 35 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 468 463
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark kollettiva Komunitarja verbali Nru 4 325 718, DARJEELING, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 30; trade mark kollettiva Komunitarja figurattiva Nru 8 674 327 li tinkludi l-element verbali “DARJEELING”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy