15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/39
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 — Watch TV vs Il-Kunsill
(Kawża T-639/13)
2014/C 45/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Watch TV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. de Visscher u M. von Kuegelgen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni tat-30 ta’ Settembru 2013;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li ma jilqax l-offerta tagħha ppreżentata fil-kuntest tal-lott Nru 1 tal-kuntratt UCA 190/11 “Servizzi awdjoviżivi u multimedia għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea/il-Kunsill Ewropew” (ĠU 2012/S 26-041228).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament Finanzjarju (1) u tal-Artikoli 131(5), 135(2), u 146(3) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (2), peress li l-Kunsill ta l-kuntratt lil offerent li l-offerta tiegħu ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti minimi obbligatorji f’dak li jirrigwarda l-kapaċità tal-kandidati, mitluba fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill kellu jiċħad awtomatikament l-offerta magħżula.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, dwar ir-regolament finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).
Full & Egal Universal Law Academy