22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/20
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Wolverine International vs UASI — BH Stores (cushe)
(Kawża T-642/13)
2014/C 85/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wolverine International, LP (Grand Cayman, il-Ġżejjer Kajman) (rappreżentanti: M. Plesser u R. Heine, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BH Stores BV (Curaçao, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1269/2012-4;
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “cushe” għal prodotti fil-klassi 25 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 859 087 li tindika lill-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata li tindika lill-Unjoni Ewropea ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy