8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/25
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Meda vs UASI — Takeda (PANTOPREM)
(Kawża T-647/13)
2014/C 39/44
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meda AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takeda GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-25 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R-2171/2012-4 sa fejn tikkonċerna l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 403 973“PANTOPREM”;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PANTOPREM” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 403 973
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Takeda GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarji “PANTOPAN”, “PANTOMED”, “PANTOPRAZ”, “PANTOPRO” u t-trade mark verbali nazzjonali “PANTOP” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b); tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 59, tal-Artikolu 64(1); tal-Artikolu 75; tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1); tal-Artikolu 77 u tal-Artikolu 112(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy