1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/10
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2013 — IOIP Holdings vs UASI (GLISTEN)
(Kawża T-648/13)
2014/C 61/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IOIP Holdings LLC (Fort Wayne, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Dhondt and S. Kinart, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1028/2013-2;
—
tikkundanna lill-UASI li jirreġistra t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “GLISTEN” għal prodotti fil-klassi 3 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 305 273
Deċiżjoni tal-eżaminatur: rikors miċħud
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade marks Komunitarji
Full & Egal Universal Law Academy