1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/10
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2013 — The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ gallettina)
(Kawża T-656/13)
2014/C 61/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 997/2013-4;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ gallettina b’wiċċ daħkani għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 133 683
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy