1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/12
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Diseños Mireia (D and M)
(Kawża T-662/13)
2014/C 61/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)
Talbiet
—
tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tikkanċella t-trade mark ikkontestata;
—
alternattivament: tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1 u tirrinvija l-kawża;
—
alternattivament: tannula d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 911/2012-1.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-ittri “D” u “M” għal prodotti fil-klassi 14 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 737 917
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 984 044 għat-trade mark “dm” għal prodotti fil-klassi 14
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy