1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/13
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Zitro IP vs UASI — Gamepoint (SPIN BINGO)
(Kawża T-665/13)
2014/C 61/22
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gamepoint BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 1388/2012-4;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva kkulurita b’kuluri li jinkludu l-element verbali “SPIN BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 545 658
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “ZITRO SPIN BINGO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 058 868
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy