19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/20
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – Invivo vs OLAF
(Kawża T-690/13)
2014/C 151/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Invivo Ltd (Abinsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Huopalainen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tistħarreġ il-legalità tan-nuqqas tal-konvenut milli jieħu azzjoni fil-Każ OF/2013/0902 wara li dan intalab jieħu azzjoni mir-rikorrenti;
—
tordna lill-konvenut sabiex jieħu azzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas li tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 265 TFUE, peress li l-interessi finanzjarji tal-UE huma involuti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) 1073/1999 (1) meta l-aġenzija nazzjonali li tagħti l-għajnuna tirċievi l-parti l-kbira tal-fondi tagħha mill-UE u fejn min-naħa ta’ min allegatament abbuża hemm involuti entitajiet legali minn tal-inqas żewġ Stati Membri.
(1) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU Edizzjonali Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 91)
Full & Egal Universal Law Academy