14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/37
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – Harrys Pubar vs UASI – Harry’s New York Bar (HARRY’S BAR)
(Kawża T-711/13)
2014/C 112/49
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Gothenburg, l-Isveżja) (rappreżentanti: L.-E. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każijiet R 946/2012-1 u R 995/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HARRY’S BAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 29, 30, 32, 33 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 378 031
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Svediżi Nri 356 009, 320 026, 315 142, 55 6513-1066 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment milqugħ fil-Każ R 995/2012-1 u appell miċħud fil-Każ R 946/2012-1
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy