1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/17
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)
(Kawża T-714/13)
2014/C 61/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gold Crest LLC (Santa Barbara, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 2038/2012-2;
—
tiddikjara li t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni hija eliġibbli għal reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark verbali “MIGHTY BRIGHT” għal prodotti u servizzi fil-klassi 11 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 853 141
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy