8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/24
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — The Directv Group vs UASI — Bolloré (DIRECTV)
(Kawża T-718/13)
2014/C 71/44
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1812/2012-2 u għaldaqstant tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark ikkontestata.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “DIRECTV” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 163 138
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment revokata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u trade mark Komunitarja revokata fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy