21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Martorell – Spanja) – BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA vs Pedro Peñalva López, Clara López Durán, Diego Fernández Gabarro
(Kawża C-8/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Proċedura ta’ sekwestru - Kwistjoni ta’ oppożizzjoni - Termini ta’ dekadenza))
(2015/C 429/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 4 de Martorell
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA
Konvenuti: Pedro Peñalva López, Clara López Durán, Diego Fernández Gabarro
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li taħtha din id-dispożizzjoni taqa’ u mhux magħluqa f’din id-data, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi, sabiex titressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja, ibbażata fuq in-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy