24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback
(Kawża C-9/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxi fuq id-dħul - Dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru - Ħaddiem mhux residenti - Tassazzjoni fl-Istat tal-impjieg - Kundizzjonijiet))
(2015/C 279/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenut: D. G. Kieback
Dispożittiv
L-Artikolu 39(2) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru li, għall-finijiet tat-tassazzjoni tad-dħul ta’ ħaddiem mhux residenti li jkun eżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu f’dan l-Istat Membru matul parti mis-sena, jirrifjuta li jagħti lil dan il-ħaddiem vantaġġ fiskali li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, għar-raġuni li, minkejja li huwa jkun akkwista, f’dan l-istess Stat Membru, it-totalità jew il-kważi-totalità tad-dħul tiegħu għal dan il-perijodu, dan id-dħul ma jirrappreżentax il-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tiegħu matul is-sena kollha inkwistjoni. Il-fatt li l-ħaddiem telaq mill-pajjiż sabiex jeżerċita l-attività professjonali tiegħu fi Stat terz u mhux fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma jaffettwax din l-interpretazzjoni.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy