24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – CO Sociedad de Gestión y Participación SA et vs De Nederlandsche Bank NV u De Nederlandsche Bank NV vs CO Sociedad de Gestión y Participación SA et
(Kawża C-18/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni għall-ħajja - Direttiva 92/49/KEE - Artikoli 15, 15a u 15b - Evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet ta’ holding kwalifikanti - Possibbiltà li l-approvazzjoni ta’ proposta ta’ akkwist tkun suġġetta għal restrizzjoni jew għal rekwiżit))
(2015/C 279/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CO Sociedad de Gestión y Participación SA, Depsa 96 SA, INOC SA, Corporación Catalana Occidente SA, La Previsión 96 SA, Grupo Catalana Occidente SA, Grupo Compañia Española de Crédito y Caución SL, Atradius NV, Atradius Insurance Holding NV, J. M. Serra Farré, M. A. Serra Farré, J. Serra Farré, De Nederlandsche Bank NV
Konvenuti: De Nederlandsche Bank NV, CO Sociedad de Gestión y Participación SA, Depsa 96 SA, INOC SA, Corporación Catalana Occidente SA, La Previsión 96 SA, Grupo Catalana Occidente SA, Grupo Compañia Española de Crédito y Caución SL, Atradius NV, Atradius Insurance Holding NV, J. M. Serra Farré, M. A. Serra Farré, J. Serra Farré
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), kif emendata bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix li Stat Membru jawtorizza lill-awtorità nazzjonali kompetenti, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, f’sitwazzjoni fejn din l-awtorità tista’ validament topponi proposta ta’ akkwist skont l-Artikolu 15b(2) tal-istess direttiva, li tissuġġetta l-approvazzjoni tal-proposti ta’ akkwist għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew billi tifformalizza impenji proposti mill-akkwirent propost, bil-kundizzjoni li ma jiġux ippreġudikati d-drittijiet li l-imsemmija direttiva tagħti lil dan l-akkwirent propost.
2)
Id-Direttiva 92/49, kif emendata bid-Direttiva 2007/44, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità nazzjonali kompetenti ma hijiex obbligata tissuġġetta lill-akkwirent propost għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti qabel ma tkun tista’ topponi l-akkwist propost. Meta din l-awtorità tiddeċiedi li tissuġġetta l-approvazzjoni ta’ proposta ta’ akkwist għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti, dawn tal-aħħar la jistgħu jkunu bbażati fuq kriterju li ma jinsabx fost dawk elenkati fl-Artikolu 15b(1) tal-imsemmija direttiva u lanqas ma jistgħu jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-akkwist propost jissodisfa dawn il-kriterji.
3)
L-Artikolu 15b(1) tad-Direttiva 92/49, kif emendata bid-Direttiva 2007/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li l-awtorità nazzjonali kompetenti timponi rekwiżit dwar il-governanza korporattiva li jirrigwarda, bħal fil-kawża prinċipali, il-kompożizzjoni tal-Bordijiet ta’ Sorveljanza tal-impriżi ta’ assigurazzjoni kkonċernati mill-akkwist propost.
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, jekk dan ir-rekwiżit huwiex neċessarju sabiex jippermetti li l-akkwisti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfaw il-kriterji stabbiliti minn din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy