14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – Il-Ġermaja) – BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz
(Kawża C-20/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Raġunijiet supplimentari ta’ rifjut jew ta’ invalidità - Trade mark verbali - L-istess sekwenza ta’ ittri bħal trade mark preċedenti - Żieda ta’ sintamma deskrittiva - Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni))
(2015/C 414/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH
Konvenut: Bodo Scholz
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prodotti u ta’ servizzi identiċi jew li jixxiebhu, tista’ teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fil-ħsieb tal-pubbliku rilevanti bejn trade mark preċedenti komposta minn sekwenza ta’ ittri, li għandha karattru distintiv u li huwa l-element dominanti ta’ din it-trade mark mogħnija b’karattru distintiv medju, u trade mark sussegwenti komposta minn din is-sekwenza ta’ ittri li biswitha titqiegħed sintamma deskrittiva komposta minn kliem li l-inizjali tagħhom jikkorrispondu għall-ittri tal-imsemmija sekwenza, b’tali mod li din tiġi pperċepita minn dan il-pubbliku bħala l-akronimu tal-imsemmija sintamma.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy