Kawża C-29/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Saħħa pubblika — Direttiva 2004/23/KE — Direttiva 2006/17/KE — Direttiva 2006/86/KE — Esklużjoni taċ-ċelluli riproduttivi, tat-tessuti tal-fetu u tat-tessuti embrijoniċi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmija direttivi)
C2702015MT610120150611MT00076161
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-29/14) ( 1 )
“(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Saħħa pubblika — Direttiva 2004/23/KE — Direttiva 2006/17/KE — Direttiva 2006/86/KE — Esklużjoni taċ-ċelluli riproduttivi, tat-tessuti tal-fetu u tat-tessuti embrijoniċi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-imsemmija direttivi)”2015/C 270/07Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Gheorghiu u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tinkludi ċ-ċelluli riproduttivi u t-tessuti tal-fetu u embrijoniċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta’ tessuti u ċelloli tal-bniedem, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE, tat-8 ta’ Frar 2006, li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelluli umani u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/23, l-Artikoli 3(b), 4(2) u 7 tad-Direttiva 2006/17, l-Anness III ta’ din id-direttiva tal-aħħar u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/86.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy