9.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) vs Kessel medintim GmbH, li qabel kienet Kessel Marketing & Vertriebs GmbH, Janssen-Cilag GmbH
(Kawża C-31/14 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Premeno - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pramino - Limitazzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 43(1)))
(2015/C 046/21)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Kessel medintim GmbH, li qabel kienet Kessel Marketing & Vertriebs GmbH, (rappreżentant: A. Jacob, avukat), Janssen-Cilag GmbH (rappreżentant: M. Wenz, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Janssen-Cilag GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy