16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – ERSTE Bank Hungary Zrt vs Attila Sugár
(Kawża C-32/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Artikolu 7(1) - Tmiem tal-użu ta’ klawżoli inġusti - Mezzi adegwati u effikaċi - Rikonoxximent ta’ dejn - Att notarili - Inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar minn nutar - Titolu eżekuttiv - Obbligi tan-nutar - Eżami ex officio tal-klawżoli inġusti - Stħarriġ ġudizzjarju - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività))
(2015/C 381/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Zrt
Konvenuta: Attila Sugár
Dispożittiv
L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil nutar li jkun għamel, b’osservanza tar-rekwiżiti formali, att awtentikat li jikkonċerna kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li jinkludi fuq l-imsemmi att l-ordni ta’ infurzar jew li jirrifjuta li jneħħiha minkejja li la fi stadju u lanqas f’ieħor ma jkun twettaq stħarriġ tan-natura inġusta tal-klawżoli tal-imsemmi kuntratt.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy