3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-36/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Intervent tal-Istat li jikkonsisti fl-obbligu li jiġu applikati prezzijiet ta’ provvista approvati minn awtorità nazzjonali - Miżura mhux limitata fiż-żmien - Assenza ta’ kontroll perijodiku obbligatorju tan-natura neċessarja ta’ din il-miżura u tal-metodi ta’ applikazzjoni tagħha - Applikazzjoni għal grupp illimitat ta’ benefiċjarji, mingħajr distinzjoni bejn il-klijenti jew bejn is-sitwazzjonijiet individwali - Proporzjonalità))
(2015/C 363/08)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Patakia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi applikat sistema ta’ intervent tal-Istat li jikkonsisti fl-obbligu, għall-impriżi tal-enerġija, li jipprattikaw prezzijiet ta’ provvista tal-gass naturali approvati mill-president tal-Urzad Regulacji Energetyki (Uffiċċju ta’ regolamentazzjoni tal-enerġija), obbligu li ma huwiex limitat fiż-żmien u li d-dritt nazzjonali ma jimponix lill-amministrazzjoni teżamina mill-ġdid perjodikament in-neċessità u l-metodi ta’ applikazzjoni fis-settur tal-gass, skont l-evoluzzjoni tiegħu, u li hija kkaratterizzata mill-applikazzjoni tiegħu għal ċirku mhux definit ta’ benefiċjarji jew ta’ klijenti, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-klijenti jew skont is-sitwazzjoni tagħha fi ħdan kategoriji differenti ta’ klijenti, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy