14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)
(Kawża C-39/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Bejgħ ta’ art agrikola mill-awtoritajiet pubbliċi - Dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jopponu l-bejgħ ta’ art agrikola meta l-prezz offert huwa meqjus bħala “sproporzjonat ħafna” fil-konfront tal-valur fis-suq - Vantaġġ mogħti lil ċerti impriżi jew produzzjonijiet - Kriterju ta’ investitur privat - Determinazzjoni tal-“valur fis-suq”))
(2015/C 302/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)
Fil preżenza ta’: Thomas Erbs, Ursula Erbs, Landkreis Jerichower Land
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li regola ta’ dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, bil-għan li tiżgura l-ħarsien tal-interessi tal-impriżi agrikoli, tipprojbixxi lil korp tal-Istat milli jbigħ, fil-kuntest ta’ sejħa pubblika għal offerti, art agrikola lill-ogħla offerent meta l-awtorità lokali kompetenti tqis li l-offerta ta’ dan tal-aħħar hija sproporzjonata ħafna fil-konfront tal-istima tal-valur tal-imsemmija art, ma taqax taħt il-kwalifika ta’ “għajnuna mill-Istat”, sa fejn l-applikazzjoni tal-imsemmija regola tippermetti li wieħed jasal għall-prezz li jqarreb kemm jista’ jkun possibbilment il-valur fis-suq tal-art agrikola kkonċernata, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014
Full & Egal Universal Law Academy