27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Christie’s France SNC vs Syndicat national des antiquaires
(Kawża C-41/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/84/KE - Artikolu 1 - Proprjetà intellettwali - Irkant ta’ xogħlijiet oriġinali tal-arti - Dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali - Debitur tar-royalty dovuta fir-rigward tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid - Xerrej jew bejjiegħ - Deroga permezz ta’ ftehim))
(2015/C 138/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Christie’s France SNC
Konvenut: Syndicat national des antiquaires
Dispożittiv
L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-persuna responsabbli għall-ħlas tar-royalty dovuta fir-rigward tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid, indikata bħala tali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kemm jekk tkun il-bejjiegħ jew professjonist tas-suq tal-arti involut fit-tranżazzjoni, tista’ tikkonkludi ma’ kull persuna oħra, inkluż x-xerrej, li dan tal-aħħar definittivament ibati l-ispejjeż kollha jew parti tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid sa fejn tali ftehim kuntrattwali bl-ebda mod ma jaffettwa l-obbligi u r-responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ħlas tar-royalty fil-konfront tal-awtur.
(1) ĠU C 102, 07.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy