15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie
(Kawża C-42/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Kiri ta’ proprjetà immobbli - Provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll ġbir ta’ skart - Kuntratti bejn sid il-kera u l-fornituri ta’ dawn l-oġġetti u servizzi - Provvisti pprovduti lill-kerrej kkunsidrati li jiġu pprovduti minn sid il-kera - Spejjeż tal-kiri - Determinazzjoni tal-ammont taxxabbli - Possibbiltà li jiġu inklużi l-ispejjeż tal-kiri fl-ammont taxxabbli tas-servizzi tal-kiri - Tranżazzjoni magħmula minn servizz uniku jew minn diversi servizzi indipendenti))
(2015/C 198/14)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenuta: Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 14(1), 15(1) u 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-kiri ta’ proprjetà immobbli, il-provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll il-ġbir ta’ skart, żgurati minn operaturi terzi favur il-kerrej li juża’ direttament dawn l-oġġetti u servizzi, għandhom jitqiesu li jitwettqu minn sid il-kera meta dan ikun ikkonkluda l-kuntratti għall-provvista ta’ dawn is-servizzi u meta dan sempliċement jittrażmetti l-ispejjeż lill-kerrej.
2)
L-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kiri ta’ proprjetà immobbli u l-provvista tal-ilma, tal-elettriku u tat-tisħin kif ukoll il-ġbir ta’ skart li jakkumpanjaw dan il-kiri għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu li jikkostitwixxu diversi servizzi distinti u indipendenti qabel ma jiġu evalwati separatament mill-perspettiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ħlief meta elementi tat-tranżazzjoni, inklużi fih dawk li jindikaw ir-raġuni ekonomika għall-konklużjoni tal-kuntratt, ikunu tant marbuta mill-qrib li jifformaw, oġġettivament, provvista ekonomika waħda inseparabbli u li d-diżintegrazzjoni tagħha tkun artifiċjali.
3)
Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq l-evalwazzjonijiet neċessarji billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kiri u s-servizzi li jakkumpanjawh u b’mod partikolari l-kontenut tal-kuntratt stess.
(1) ĠU C 135, 05.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy