3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiż l-Baxxi) – Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH, Ferho Frankfurt GmbH vs Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim
(Kawża C-47/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1) - Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali - Artikolu 5(3) - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt - Artikoli 18 sa 21 - Kuntratti individwali ta’ impjieg - Kuntratt ta’ direttur ta’ kumpannija - Tmiem tal-kuntratt - Motivi - Eżekuzzjoni ħażina tal-mandat u aġir illegali - Azzjoni dikjaratorja u azzjoni għad-danni - Kunċett ta’ “kuntratt individwali ta’ impjieg”)
(2015/C 363/10)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH, Ferho Frankfurt GmbH
Konvenut: Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim
Dispożittiv
1)
Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II (Artikolu 18 sa 21), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija tħarrek persuna li tkun wettqet il-funzjonijiet ta’ direttur u ta’ amministratur ta’ din il-kumpannija sabiex jiġu kkonstatati żbalji mwettqa minn din il-persuna fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u sabiex tikseb kumpens għad-danni, jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3) ta’ dan ir-regolament, sakemm il-persuna tkun, fil-kwalità tagħha ta’ direttur u ta’ amministratur, wettqet għal ċertu żmien favur din il-kumpannija u taħt id-direzzjoni tagħha prestazzjonijiet li bħala korrispettiv għalihom kienet tirċievi remunerazzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
2)
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni ta’ kumpannija kontra l-ex amministratur tagħha minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu abbażi tad-dritt tal-kumpanniji taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt”. Fl-assenza ta’ kwalunkwe preċiżazzjoni ta’ deroga fil-memorandum tal-kumpannija jew f’dokument ieħor, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-post fejn l-amministratur effettivament wettaq, b’mod preponderanti, l-attivitajiet tiegħu b’eżekuzzjoni tal-kunratt, bil-kundizzjoni li l-provvista tas-servizzi fl-imsemmi post ikkunsidrat ma tkunx kuntrarja għall-volontà tal-partijiet kif tirriżulta minn dak li kienu qablu bejniethom.
3)
F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija tħarrek l-ex amministratur tagħha minħabba allegat aġir illegali, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-azzjoni taqa’ taħt materji ta’ delitt peress li l-aġir ikkritikat ma jistax jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandu amministratur skont id-dritt tal-kumpanniji, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Din għandha tidentifika, abbażi taċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża, il-punt ta’ rabta l-iktar stretta mal-post tal-fatt każwali li wassal għad-dannu u mar-rabta tal-materjalizzazzjoni ta’ dan.
(1) ĠU C 102, 07.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy