20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 – JAS Jet Air Service France (SARL) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-53/14 P) (1)
((Appell - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Kodiċi Doganali Komunitarju - Artikolu 239 - Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali - Artikolu 905 - Importazzjoni ta’ jeans li joriġinaw mill-Istati Uniti - Dazji tal-importazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara mhux iġġustifikata il-maħfra ta’ dawn id-dazji - Assenza ta’ “sitwazzjoni partikolari”))
(2015/C 236/19)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: JAS Jet Air Service France (SARL) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, B.-R. Killmann u C. Soulay, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
JAS Jet Air Service France SARL hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 102, 07.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy