Kawża C-58/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja– Hauptzollamt Hannover vs Amazon EU Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 8543 70 — Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 8543 70 10 u 8543 70 90 — Dawl għall-qari tal-kotba elettroniċi b’funzjonijiet ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju)
C2702015MT910120150611MT00109191
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja– Hauptzollamt Hannover vs Amazon EU Sàrl
(Kawża C-58/14) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 8543 70 — Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 8543 70 10 u 8543 70 90 — Dawl għall-qari tal-kotba elettroniċi b’funzjonijiet ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju)”2015/C 270/10Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hauptzollamt Hannover
Konvenuta: Amazon EU Sàrl
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010 għandha tiġi interpretata fis-sens li dawl għall-qari tal-kotba elettroniċi li għandu funzjoni ta’ traduzzjoni jew ta’ dizzjunarju għandu jiġi kklassifikat, meta din il-funzjoni ma tikkostitwixxix il-funzjoni prinċipali tiegħu, liema fatt huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, fis-subintestatura 8543 70 90 u mhux fis-subintestatura 8543 70 10.
( 1 ) ĠU C 142, 12.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy