30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-59/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Artikolu 1(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) - Irkupru ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Punt ta’ tluq (dies a quo) - Att jew ommissjoni tal-operatur ekonomiku - Twettiq tad-dannu - Ksur kontinwat - Ksur speċifiku)
(2015/C 398/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Firma Ernst Kollmer Fleischimport und -export
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn il-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkun ġie kkonstatat biss wara t-twettiq ta’ dannu, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-mument meta kemm l-att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-dannu kkawżat lill-budget tal-Unjoni jew lill-budgets iġġestiti minnha jseħħu.
2)
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iseħħ dannu meta tittieħed d-deċiżjoni tal-għoti tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni lill-esportatur ikkonċernat.
(1) ĠU C 142, 12.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy