24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – Peter Gauweiler et vs Deutscher Bundestag
(Kawża C-62/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar numru ta’ karatteristiċi tekniċi relatati ma’ tranżazzjonijiet monetarji tal-Eurosistema dwar xiri ta’ titoli fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran - Artikoli 119 TFUE u 127 TFUE - Funzjonijiet tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja - Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet - Proporzjonalità - Artikolu 123 TFUE - Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro))
(2015/C 279/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverfassungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Gauweiler, Bruno Bandulet, Wilhelm Hankel, Wilhelm Nölling, Albrecht Schachtschneider, Joachim Starbatty, Roman Huber et, Johann Heinrich von Stein et, Fraktion DIE LINKE im Deutschen Bundestag
Konvenuta: Deutscher Bundestag
fil-preżenza ta’: Bundesregierung
Dispożittiv
L-Artikoli 119 TFUE, 123(1) TFUE u 127(1) u (2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 17 sa 24 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) tadotta programm ta’ xiri ta’ bonds nazzjonali fis-swieq sekondarji bħal dak imħabbar fl-istqarrija għall-istampa li hija msemmija fil-minuti tal-laqgħa Nru 340 tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-5 u tas-6 ta’ Settembru 2012.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy