7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-63/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Impossibbiltà assoluta - Kumpens għal servizz komplementari għas-servizz bażiku))
(2015/C 294/07)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, N. Rouam u J. Bousin, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tirkupra, mingħand Société nationale maritime Corse-Méditerranée (SNCM) SA l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation, billi ma annullatx, fit-termini previsti, il-ħlasijiet kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, bil-miżuri adottati sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u tal-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy