20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Nivelles – il-Belġju) – Charlotte Rosselle vs Institut national d'assurance maladie-invalidité (INAMI), Union nationale des mutualités libres (UNM)
(Kawża C-65/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu - Artikolu 11(2) u (4) - Uffiċjal pubbliku li kisbet status mhux attiv għal raġunijiet personali sabiex tibda taħdem bħala impjegat - Rifjut li jagħti lil ħaddiema allowance tal-maternità abbażi li, bħala impjegata, hija ma tkunx temmet il-perijodu ta’ prova li jagħti dritt għal ċerti benefiċċji soċjali])
(2015/C 236/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Nivelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Charlotte Rosselle
Konvenuti: Institut national d'assurance maladie-invalidité (INAMI), Union nationale des mutualités libres (UNM)
fil-preżenza ta’: Institut pour l’égalité des femmes et des hommes (IEFH),
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti lill-ħaddiema allowance tal-maternità minħabba li, bħala uffiċjal pubbliku li tkun kisbet status mhux attiv għal raġunijiet personali sabiex twettaq attività mħallsa, hija ma tkunx laħqet, fil-kuntest ta’ din l-attività mħallsa, il-perijodu ta’ prova previst mid-dritt nazzjonali sabiex tibbenefika minn din l-allowance tal-maternità, anki jekk hija tkun ħadmet għal iktar minn tnax-il xahar immedjatament qabel id-data preżunta tal-ħlas.
(1) ĠU C 129, 28.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy