30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Finanzamt Linz vs Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz
(Kawża C-66/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE, 54 TFUE, 107 TFUE u 108(3) TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Għajnuna mill-Istat - Tassazzjoni ta’ gruppi ta’ kumpanniji - Akkwist ta’ sehem fil-kapital ta’ sussidjarja - Deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża - Limitazzjoni fl-ishma f’kumpanniji residenti))
(2015/C 398/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Linz
Konvenuti: Bundesfinanzgericht, Außenstelle Linz
fil-preżenza ta’: IFN-Holding AG, IFN Beteiligungs GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, fil-kuntest tat-tassazzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji, tippermetti li kumpannija parent, fil-każ ta’ akkwist ta’ sehem f’kumpannija residenti li ssir membru ta’ tali grupp, tipproċedi għad-deprezzament tal-valur kummerċjali tal-impriża sa 50 % tal-prezz tax-xiri tas-sehem, minkejja li hija tipprojbixxi dan fil-każ ta’ akkwist ta’ sehem f’kumpannija mhux residenti.
(1) ĠU C 142, 12.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy